This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CA0282
Case C-282/09 P: Order of the Court (Fifth Chamber) of 18 March 2010 — Caisse fédérale du Crédit mutuel Centre Est Europe (CFCMCEE) v Office for Harmonisation in the Internal Market (Trade Marks and Designs) (Appeal — Article 119 of the Rules of Procedure — Community trade mark — Regulation (EC) No 40/94 — Article 7(1)(b) and (c) — Refusal to register — Overall assessment with regard to the goods and services referred to in the application for registration — Goods and services constitute homogeneous groups — Appeal in part manifestly unfounded and in part manifestly inadmissible)
Kawża C-282/09 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat- 18 ta’ Marzu 2010 — Caisse fédérale du Crédit mutuel Centre Est Europe (CFCMCEE) vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) ( “Appell — Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikoli 7(1)(b) u 7(1)(ċ) — Reġistrazzjoni rrifjutata — Evalwazzjoni globali rigward prodotti u servizzi kkonċernati mill-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Prodotti u servizzi li jikkostitwixxu gruppi omoġeni — Appell parzjalment infondat u parzjalment manifestament inammissibbli” )
Kawża C-282/09 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat- 18 ta’ Marzu 2010 — Caisse fédérale du Crédit mutuel Centre Est Europe (CFCMCEE) vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) ( “Appell — Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikoli 7(1)(b) u 7(1)(ċ) — Reġistrazzjoni rrifjutata — Evalwazzjoni globali rigward prodotti u servizzi kkonċernati mill-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Prodotti u servizzi li jikkostitwixxu gruppi omoġeni — Appell parzjalment infondat u parzjalment manifestament inammissibbli” )
ĠU C 148, 5.6.2010, p. 11–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 148/11 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Marzu 2010 — Caisse fédérale du Crédit mutuel Centre Est Europe (CFCMCEE) vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-282/09 P) (1)
(“Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikoli 7(1)(b) u 7(1)(ċ) - Reġistrazzjoni rrifjutata - Evalwazzjoni globali rigward prodotti u servizzi kkonċernati mill-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Prodotti u servizzi li jikkostitwixxu gruppi omoġeni - Appell parzjalment infondat u parzjalment manifestament inammissibbli”)
2010/C 148/17
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanta: Caisse fédérale du Crédit mutuel Centre Est Europe (CFCMCEE) (rappreżentanti: P. Greffe u L. Paudrat, avukati)
Appellat: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Mejju 2009, CFCMCEE vs UASI (Kawżi magħquda T-405/07 u T-406/07), li permezz tagħha din tal-aħħar ċaħdet ir-rikorsi tal-appellanti kontra d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Lulju u tat-12 ta’ Settembru 2007, li jiċħdu l-appelli tagħha mir-rifjut tal-eżaminatur li jirreġistra, bħala trade marks, is sinjali verbali PAYWEB CARD u P@YWEB CARD għal prodotti u servizzi li jaqgħu fil-klassijiet 9, 36 u 38 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice, tal-15 ta’ Ġunju 1957, dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks — Ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u 73 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speciali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146) — Ħtieġa li jsir eżami separat ta’ kull waħda mir-raġunijiet għal rifjut ta’ reġistrazzjoni stipulati fl-Artikolu 7(1) tal-imsemmi regolament — Obbligu ta’ motivazzjoni tar-rifjut ta’ reġistrazzjoni fir-rigward ta’ kull wieħed mill-prodotti u s-servizzi kkonċernati bl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Prodotti u servizzi li jikkostitwixxu gruppi omoġeni
Dispożittiv
(1) |
L-appell huwa miċħud. |
(2) |
Il-Caisse fédérale du Crédit mutuel Centre Est Europe (CFCMCEE) hija kkundannata għall-ispejjeż. |