Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0265

    Kawża C-265/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad- 9 ta’ Settembru 2010 — L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) vs BORCO-Marken-Import Matthiesen GmbH & Co. KG ( “Appell — Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv ‘α’ — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru distintiv — Trade mark magħmula minn ittra waħda” )

    ĠU C 288, 23.10.2010, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.10.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 288/13


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Settembru 2010 — L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) vs BORCO-Marken-Import Matthiesen GmbH & Co. KG

    (Kawża C-265/09 P) (1)

    (Appell - Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv ‘α’ - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru distintiv - Trade mark magħmula minn ittra waħda)

    (2010/C 288/19)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Appellant: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

    Appellata: BORCO-Marken-Import Matthiesen GmbH & Co. KG (rappreżentant: M. Wolter, Rechtsanwalt)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla), tad-29 ta’ April 2009, Borco-Marken-Import Matthiesen vs UASI (α)(T-23/07), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza annullat id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Novembru 2006, li ċaħdet l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li jirrifjuta r-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv “α” bħala trade mark Komunitarja għall-prodotti li jaqgħu fil-klassi 33 — Karattru distintiv ta’ trade mark magħmula minn ittra waħda

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miċħud.

    (2)

    L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 233, 26.09.2009


    Top