EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0145

Kawża C-145/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat- 23 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg — il-Ġermanja) — Land Baden-Württemberg vs Panagiotis Tsakouridis (Moviment liberu tal-persuni — Direttiva 2004/38/KE — Artikoli 16(4) u 28(3)(a) — Ċittadin tal-Unjoni li twieled u għex għal iktar minn 30 sena fl-Istat ospitanti — Assenzi mit-territorju tal-Istat Membru ospitanti — Kundanni kriminali — Deċiżjoni ta’ tkeċċija — Raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika)

ĠU C 30, 29.1.2011, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-23 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg — il-Ġermanja) — Land Baden-Württemberg vs Panagiotis Tsakouridis

(Kawża C-145/09) (1)

(Moviment liberu tal-persuni - Direttiva 2004/38/KE - Artikoli 16(4) u 28(3)(a) - Ċittadin tal-Unjoni li twieled u għex għal iktar minn 30 sena fl-Istat ospitanti - Assenzi mit-territorju tal-Istat Membru ospitanti - Kundanni kriminali - Deċiżjoni ta’ tkeċċija - Raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika)

2011/C 30/04

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Land Baden-Württemberg

Konvenut: Panagiotis Tsakouridis

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg — Interpretazzjoni tal-Artikoli 16(4) u 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, p. 77) — Deċiżjoni ta’ tkeċċija meħuda fil-konfront ta’ ċittadin Ewropew, li twieled u għex għal iktar minn tletin sena fl-Istat Membru ospitanti, minħabba diversi kundanni penali — Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika” u tal-kundizzjonijiet li jwasslu għat-telf tal-protezzjoni kontra t-tkeċċija, miksuba taħt id-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38 tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat jekk ċittadin tal-Unjoni kien għex fl-Istat Membru ospitanti matul l-għaxar snin li jippreċedu d-deċiżjoni ta’ tkeċċija, kriterju determinanti għall-għoti tal-protezzjoni ogħla li tipprovdilu din id-dispożizzjoni, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni t-totalità tal aspetti relevanti f’kull każ inkwistjoni, b’mod partikolari t-tul ta’ kull waħda mill-assenzi tal-persuna kkonċernata mill-Istat ospitanti, it-tul akkumulat u l-frekwenza ta’ dawn l-assenzi kif ukoll ir-raġunijiet li mmotivaw lill-persuna kkonċernata meta telqet minn dan l-Istat Membru u li jistgħu jistabbilixxu jekk dawn l-assenzi jimplikawx jew le l-ispostament lejn Stat ieħor li huwa ċ-ċentru tal-interessi personali, familjari jew professjonali.

(2)

F’każ fejn il-qorti tar-rinviju tikkonkludi li ċittadin tal-Unjoni kkonċernat jibbenefika mill-protezzjoni tal-Artikolu 28(3) tad Direttiva 2004/38, din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-ġlieda kontra l-kriminalità marbuta mat-traffiku ta’ drogi fi grupp organizzat tista’ taqa’ taħt il-kunċett ta’ “raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika” li tista’ tiġġustifika miżura ta’ tkeċċija ta’ ċittadin tal-Unjoni li jkun irrisjeda fl-Istat Membru ospitanti matul l-għaxar snin preċedenti. F’każ fejn il-qorti tar-rinviju tikkonkludi li ċittadin tal-Unjoni kkonċernat jibbenefika mill-protezzjoni tal-Artikolu 28(2) tad-Direttiva 2004/38, din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-ġlieda kontra l-kriminalità marbuta mat-traffiku ta’ drogi fi grupp organizzat taqa’ taħt il-kunċett ta’ “raġunijiet gravi ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà pubblika”.


(1)  ĠU C 153, 04.07.2009


Top