Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0123

    Kawża C-123/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad- 29 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht München — il-Ġermanja) — Roeckl Sporthandschuhe GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt München (Tariffa Doganali Komuni — Intestaturi tariffarji — Klassifikazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda ta’ ingwanti tal-irkib taż-żwiemel — Intestatura 3926 — Intestatura 6116)

    ĠU C 161, 19.6.2010, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.6.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 161/13


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht München — il-Ġermanja) — Roeckl Sporthandschuhe GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt München

    (Kawża C-123/09) (1)

    (Tariffa Doganali Komuni - Intestaturi tariffarji - Klassifikazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda ta’ ingwanti tal-irkib taż-żwiemel - Intestatura 3926 - Intestatura 6116)

    (2010/C 161/18)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Finanzgericht München

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Roeckl Sporthandschuhe GmbH & Co. KG

    Konvenut: Hauptzollamt München

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht München — Interpretazzjoni tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382) kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003, tal-11 ta’ Settembru 2003 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 14, p. 3) — Prodott tat-tessut magħmul raff fuq naħa bl-iskop waħdieni li tissaħħaħ l-adeżjoni ta’ kisja ta’ materjal tal-plastik — Klassifikazzjoni fis-subintestatura 3926 20 00 tan-Nomenklatura Magħquda

    Dispożittiv

    In-Nomenklatura Magħquda li tikkostitwixxi l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003, tal-11 ta’ Settembru 2003, għandha tiġi interpretata fis-sens li ingwanti għall-irkib taż-żwiemel, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, magħmula minn tessut li sar raff min-naħa waħda u mgħottija b’kisja tal-materjal plastiku, u fejn il-kisja tat-tisħiħ saret raffa fuq naħa u mbagħad ġiet miksija bl-ixkuma tal-polyurethane, li għandha funzjoni essenzjali għall-użu tal-ingwanti bħala ingwanti tal-irkib taż-żwiemel, għandhom jiġu kklassifikati taħt is-subintestatura 3926 20 00 tan-NM.


    (1)  ĠU C 129, 06.06.2009


    Top