Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0082

    Kawża C-82/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat- 22 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Symvoulio tis Epikrateias — il-Greċja.) — Dimos Agios Nikolaos — Kriti vs Ypourgos Agrotikis Anaptyxis kai Trofimon. (Regolament (KE) Nru 2152/2003 — Monitoraġġ tal-foresti u tal-interazzjonijiet ambjentali fl-Unjoni — Definizzjonijiet — Kunċetti ta’ “foresta” u ta’ “art oħra bis-siġar” — Kamp ta’ applikazzjoni)

    ĠU C 161, 19.6.2010, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.6.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 161/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Symvoulio tis Epikrateias — il-Greċja.) — Dimos Agios Nikolaos — Kriti vs Ypourgos Agrotikis Anaptyxis kai Trofimon.

    (Kawża C-82/09) (1)

    (Regolament (KE) Nru 2152/2003 - Monitoraġġ tal-foresti u tal-interazzjonijiet ambjentali fl-Unjoni - Definizzjonijiet - Kunċetti ta’ “foresta” u ta’ “art oħra bis-siġar” - Kamp ta’ applikazzjoni)

    (2010/C 161/15)

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Qorti tar-rinviju

    Symvoulio tis Epikrateias

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Dimos Agios Nikolaos — Kriti

    Konvenuta: Ypourgos Agrotikis Anaptyxis kai Trofimon

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Symvoulio tis Epikrateias — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 2151/2003, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003, li jirrigwardja monitoraġġ ta’ foresti u interazzjonijiet ambjentali tal-Komunità (Ċentru tal-Foresta Forest Focus) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 41, p. 285) — Kunċetti ta’ “foresta” u “art oħra bis-siġar” — Definizzjonijiet diverġenti fir-regolament

    Dispożittiv

    Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(a) u (b) tar-Regolament Nru 2152/2003, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Novembru 2003, li jirrigwardja monitoraġġ ta’ foresti u interazzjonijiet ambjentali tal-Komunità (Ċentru tal-Foresta Forest Focus) li għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, jiddefinixxu l-kunċetti ta’ “foresta” u ta’ “artijiet bis-siġar” għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjonijiet nazzjonali li jinkludu definizzjonijiet differenti ta’ dawn il-kunċetti fir-rigward ta’ azzjonijiet li ma humiex irregolati minn dan ir-regolament.


    (1)  ĠU C 102, 01.05.2009.


    Top