EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0064

Kawża C-64/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 15 ta’ April 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża ( “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2000/53/KE — L-Artikoli 5(3) u (4), 6(3) u 7(1) — Traspożizzjoni mhux konformi” )

ĠU C 148, 5.6.2010, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ April 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-64/09) (1)

(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2000/53/KE - L-Artikoli 5(3) u (4), 6(3) u 7(1) - Traspożizzjoni mhux konformi”)

2010/C 148/14

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u J.-B. Laignelot, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u A. Adam, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta l-liġijiet u r-regolamenti neċessarji kollha sabiex jittrasponi b’mod korrett u komplet l-Artikoli 2(13), 4(2)(a), 5(3) u (4), 6(3), 7(1) u 8(3) tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 224) — Kunċetti ta’ “informazzjoni taż-żarmar [informazzjoni dwar iż-żarmar]” ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw u ta’ “żarmar [strippjar]”waqt it-trattament tagħhom — Obbligu għall-manifatturi tal-vetturi u għall-produtturi tal-komponenti li jipprovdu, għal kull tip ta’ vettura ġdida mqiegħda fis-suq, informazzjoni dwar iż-żarmar tagħha, fil-forma ta’ manwali jew b’mezzi elettroniċi tal-medja

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottatx il-liġijiet u r-regolamenti neċessarji kollha sabiex tittrasponi b’mod korrett u komplet l-Artikoli 2(13), 4(2)(a), 5(3) u (4) sa fejn, għal dan l-aħħar paragrafu, dawk li jiddemolixxu li jkunu aċċettaw li jieħdu lura għal distruzzjoni vetturi li ma għadhomx jintużaw huma esklużi mis-sistema ta’ kumpens għall-ispejjeż ta’ trattament, l-Artikoli 7(1) u 8(3) tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Settembru 2000, dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom


(1)  ĠU C 90, 18.04.2009.


Top