Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0038

Kawża C-38/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 15 ta’ April 2010 — Ralf Schräder vs L-Uffiċċju Komunitarju ta’ Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) (Appell — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja — Regolamenti (KE) Nru 2100/94 u Nru 1239/95 — Agrikoltura — Drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti — Karattru distintiv tal-varjetà li saret applikazzjoni għaliha — Popolarità tal-varjetà — Prova — Varjetà tal-pjanta SUMCOL 01)

ĠU C 148, 5.6.2010, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ April 2010 — Ralf Schräder vs L-Uffiċċju Komunitarju ta’ Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)

(Kawża C-38/09 P) (1)

(Appell - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja - Regolamenti (KE) Nru 2100/94 u Nru 1239/95 - Agrikoltura - Drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti - Karattru distintiv tal-varjetà li saret applikazzjoni għaliha - Popolarità tal-varjetà - Prova - Varjetà tal-pjanta SUMCOL 01)

2010/C 148/13

Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Ralf Schräder (rappreżentant: T. Leidereiter, avukat)

Appellat: L-Uffiċċju Komunitarju ta’ Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) (rappreżentanti: M. Ekvad, B. Kiewiet, aġenti, A. von Mühlendahl, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li saret il-Qorti Ġenerali fl-1.12.09) (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Novembru 2008, Schräder vs CVPO (T-187/06), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat mill-appellant kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju Komunitarju ta’ Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) tat-2 ta’ Mejju 2006, li ċaħdet l-appell kontra d-deċiżjoni tas-CVPO li ċaħdet it-talba għal drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti għal varjetà ta’ pjanta “SUMCOL 01” — Karattru distintiv tal-varjetà li saret applikazzjoni għaliha — Elementi li jistgħu jiġu kkunsidrati sabiex tiġi stabbilita l-popolarità ta’ varjetà — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti — Ksur tad-dritt għal smigħ quddiem qorti

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

R. Schräder huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 82, 04.04.2009


Top