Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.
Dokuments 62009CA0019
Case C-19/09: Judgment of the Court (Third Chamber) of 11 March 2010 (reference for a preliminary ruling from the Oberlandesgericht Wien — Austria) — Wood Floor Solutions Andreas Domberger GmbH v Silva Trade, SA (Jurisdiction and the recognition and enforcement of judgments in civil and commercial matters — Regulation (EC) No 44/2001 — Special jurisdiction — Article 5(1)(a) and (b), second indent — Provision of services — Commercial agency contract — Performance in several Member States)
Kawża C-19/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 11 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Wien — l-Awstrija) — Wood Floor Sloutions Andreas Domberger GmbH vs Silva Trade, SA (Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni speċjali — It-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(a) u (b) — Provvista ta’ servizzi — Kuntratt ta’ rappreżentanza kummerċjali — Eżekuzzjoni ta’ kuntratt f’diversi Stati Membri)
Kawża C-19/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 11 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Wien — l-Awstrija) — Wood Floor Sloutions Andreas Domberger GmbH vs Silva Trade, SA (Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni speċjali — It-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(a) u (b) — Provvista ta’ servizzi — Kuntratt ta’ rappreżentanza kummerċjali — Eżekuzzjoni ta’ kuntratt f’diversi Stati Membri)
ĠU C 113, 1.5.2010., 14./14. lpp.
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/14 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Wien — l-Awstrija) — Wood Floor Sloutions Andreas Domberger GmbH vs Silva Trade, SA
(Kawża C-19/09) (1)
(Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Ġurisdizzjoni speċjali - It-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(a) u (b) - Provvista ta’ servizzi - Kuntratt ta’ rappreżentanza kummerċjali - Eżekuzzjoni ta’ kuntratt f’diversi Stati Membri)
2010/C 113/19
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Wien
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Wood Floor Sloutions Andreas Domberger GmbH
Konvenuta: Silva Trade, SA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht Wien — Interpretazzjoni tat-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(a) u (b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4 p. 42) — Ġurisdizzjoni speċjali — Kamp ta’ applikazzjoni –Rikors intiż għall-ħlas ta’ kumpens ta’ notifika għall-provvista ta’ servizzi — Servizzi pprovduti, skont ftehim, f’diversi Stati Membri
Dispożittiv
(1) |
It-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni hija applikabbli fil-każ ta’ provvista ta’ servizzi f’diversi Stati Membri. |
(2) |
It-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ provvista ta’ servizzi f’diversi Stati Membri, il-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq it-talbiet kollha bbażati fuq il-kuntratt hija l-qorti li fil-ġurisdizzjoni territorjali tagħha jinsab il-post tal-provvista prinċipali tas-servizzi. Fir-rigward ta’ kuntratt ta’ rappreżentanza kummerċjali, dan il-post huwa l-post tal-provvista prinċipali tas-servizzi tal-aġent kummerċjali, kif jirriżulta mid-dispożizzjonijiet tal-kuntratt kif ukoll, fin-nuqqas ta’ tali dispożizzjonijiet, mill-eżekuzzjoni effettiva tal-kuntratt u, fil-każ li jkun impossibbli li jiġi ddeterminat fuq din il-bażi, għandu jkun il-post tad-domiċilju tal-aġent kummerċjali. |