Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0003

    Kawża C-3/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmiem Awla) tat- 18 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hof van Beroep te Gent — il-Belġju) — Erotic Center BVBA vs Belgische Staat ( “Sitt Direttiva tal-VAT — Artikolu 12(3)(a) — Anness H — Rata mnaqqsa ta’ VAT — Kunċett ta’ dħul għal swali taċ-ċinema’ — Kabina individwali għall-wiri ta’ filmati fuq talba” )

    ĠU C 134, 22.5.2010, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.5.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 134/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmiem Awla) tat-18 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hof van Beroep te Gent — il-Belġju) — Erotic Center BVBA vs Belgische Staat

    (Kawża C-3/09) (1)

    (“Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 12(3)(a) - Anness H - Rata mnaqqsa ta’ VAT - Kunċett ta’ ‛dħul għal swali taċ-ċinema’ - Kabina individwali għall-wiri ta’ filmati fuq talba”)

    2010/C 134/11

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hof van Beroep te Gent

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Erotic Center BVBA

    Konvenut: Belgische Staat

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van Beroep te Gent — Interpretazzjoni tal- kategorija 7 tal-Anness H tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23, p. 1) (sadanittant il-punt 7 tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Taxxa mnaqqsa applikabbli għal ċerti provvisti ta’ oġġetti u provvisti ta’ servizzi — Ċinemas — Kunċett — Kabina individwali għall-wiri ta’ filmati fuq talba

    Dispożittiv

    Il-kunċett ta’ dħul għal swali taċ-ċinema li jinsab fl-ewwel subparagrafu tal-kategorija 7 tal-Anness H tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/4/KE, tad-19 ta’ Jannar 2001, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jirreferix għall ħlas magħmul minn konsumatur sabiex ikunu jista’ jgawdi minn wiri individwali ta’ filmat jew filmati jew ukoll ta’ siltiet ta’ filmati f’żona privata, bħall-kabini inkwistjoni fil-kawża prinċipali.


    (1)  ĠU C 82, 04.04.2009.


    Top