EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0001

Kawża C-1/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal- 11 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Centre d'exportation du livre français (CELF), li jinsab taħt proċeduri ta’ likwidazzjoni, Ministre de la Culture et de la Communication vs Société internationale de diffusion et d'édition (Għajnuna mill-Istat — Artikolu 88(3) KE — Għajnuna illegali ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni — Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni — Qrati nazzjonali — Talba għall-irkupru tal-għajnuna implementata illegalment — Sospensjoni tal-proċeduri sal-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida mill-Kummissjoni — Ċirkustanzi eċċezzjonali li jistgħu jillimitaw l-obbligu ta’ rifużjoni)

ĠU C 113, 1.5.2010, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Centre d'exportation du livre français (CELF), li jinsab taħt proċeduri ta’ likwidazzjoni, Ministre de la Culture et de la Communication vs Société internationale de diffusion et d'édition

(Kawża C-1/09) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Artikolu 88(3) KE - Għajnuna illegali ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni - Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni - Qrati nazzjonali - Talba għall-irkupru tal-għajnuna implementata illegalment - Sospensjoni tal-proċeduri sal-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida mill-Kummissjoni - Ċirkustanzi eċċezzjonali li jistgħu jillimitaw l-obbligu ta’ rifużjoni)

2010/C 113/18

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Consil d'État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Centre d'exportation du livre français (CELF), li jinsab taħt proċeduri ta’ likwidazzjoni, Ministre de la Culture et de la Communication

Konvenuta: Société internationale de diffusion et d'édition

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d’État (Franza) — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna għall-esportazzjoni fis-settur tal-kotba — Obbligu ta’ rifużjoni ta’ għajnuna implementata illegalment — Possibbiltà li r-rifużjoni tal-ammont tal-għajnuna tiġi sospiża sakemm tingħata deċiżjoni definittiva mill-Kummissjoni dwar il-kompatibbilità tal-għajnuna mat-Trattat? — Ammissibbiltà tal-limitazzjoni tal-obbligu ta’ rkupru tal-għajnuna, iġġustifikata minn ċirkustanza eċċezzjonali?

Dispożittiv

(1)

Qorti nazzjonali, adita abbażi tal-Artikolu 88(3) KE b’talba intiża għar-rifużjoni ta’ għajnuna mill-Istat illegali, ma tistax tissospendi l-adozzjoni tad-deċiżjoni tagħha dwar din it-talba sa meta l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tiddeċiedi dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq komuni wara l-annullament ta’ deċiżjoni pożittiva preċedenti.

(2)

L-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ta’ tliet deċiżjonijiet suċċessivi li jiddikjaraw għajnuna kompatibbli mas-suq komuni, deċiżjonijiet li sussegwentement ġew annullati mill-qorti Komunitarja, ma tistax, fiha nfisha, tikkostitwixxi ċirkustanza eċċezzjonali ta’ natura li tiġġustifika limitazzjoni tal-obbligu tal-benefiċjarju li jħallas lura din l-għajnuna meta din l-għajnuna tkun ġiet implementata bi ksur tal-Artikolu 88(3) KE.


(1)  ĠU C 69, 21.03.2009


Top