This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008TO0054
Order of the President of the Court of First Instance of 8 April 2008.#Republic of Cyprus v Commission of the European Communities.#Applications for interim relief - Procurement notices for contracts to encourage economic development in the northern part of Cyprus - Applications for suspension of operation of the notices - No urgency.#Joined cases T-54/08 R, T-87/08 R, T-88/08 R and T-91/08 R to T-93/08 R.
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' April 2008.
Lira Ċiprijota vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Proċeduri għal miżuri provviżorji - Avviżi ta’ għoti ta’ kuntratti intiżi li jinkoraġġixxu l-iżvilupp ekonomiku fil-parti tat-tramuntana ta’ Ċipru - Talbiet għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza.
Każijiet Magħquda T-54/08 R, T-87/08 R, T-88/08 R u T-91/08 R sa T-93/08 R.
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' April 2008.
Lira Ċiprijota vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Proċeduri għal miżuri provviżorji - Avviżi ta’ għoti ta’ kuntratti intiżi li jinkoraġġixxu l-iżvilupp ekonomiku fil-parti tat-tramuntana ta’ Ċipru - Talbiet għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza.
Każijiet Magħquda T-54/08 R, T-87/08 R, T-88/08 R u T-91/08 R sa T-93/08 R.
ECLI identifier: ECLI:EU:T:2008:96
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ April 2008 – Ċipru vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-54/08 R, T-87/08 R, T-88/08 R u T-91/08 R sa T-93/08 R)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Avviżi ta’ għoti ta’ kuntratti intiżi li jinkoraġġixxu l-iżvilupp ekonomiku fil-parti tat-tramuntana ta’ Ċipru – Talbiet għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – “Fumus boni juris” – Urġenza – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar ta’ l-interessi kollha in kwistjoni (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 21-22)
2. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Ammissibbiltà tar-rikors prinċipali – Nuqqas ta’ rilevanza – Limiti (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(1)) (ara l-punti 50-51)
3. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu li jista’ jiġi invokat minn Stat Membru (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 53)
4. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dannu gravi u irreparabbli – Ksur mill-att ikkontestat ta’ regola tad-dritt superjuri – Kundizzjoni mhux sodisfatta awtomatikament – Oneru tal-prova (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2) (ara l-punti 58-59)
Suġġett
| Talbiet għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni ta’ numru ta’ avviżi ta’ għoti ta’ kuntratti adottati mill-Kummissjoni u intiżi li jinkoraġġixxu l-iżvilupp ekonomiku fil-parti tat-tramuntana ta’ Ċipru fis-setturi ta’ l-enerġija, ta’ l-ambjent, ta’ l-agrikoltura, tat-telekomunikazzjonijiet, ta’ l-edukazzjoni kif ukoll ta’ l-immaniġġjar ta’ l-uċuħ tar-raba u ta’ l-irrigazzjoni. |
Dispożittiv
|
1) |
Il-kawżi T-54/08 R, T-87/08 R, T-88/08 R u T-91/08 R sa T-93/08 R huma magħquda għall-finijiet ta’ dan id-digriet. |
|
2) |
It-talbiet għal miżuri provviżorji huma miċħuda. |
|
3) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |