Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TO0002

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Seba' Awla) tal-5 ta' Ottubru 2009.
Landesanstalt für Medien Nordrhein-Westfalen vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà.
Kawża T-2/08.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2009:384





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2009 – Landesanstalt für Medien Nordrhein-Westfalen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-2/08)

“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Nuqqas ta’ interess individwali – Inammissibbiltà”

Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l‑inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni - Rikors ippreżentat minn awtorità li tifforma parti integrali mill-Istat, li ma għandhiex awtonomija finanzjarja u li hija suġġetta għall-kontroll mill-istat - Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 31, 38, 42)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/708/KE, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar l-għajnuna mill-Istat C 34/06 (eks N 29/05 u eks CP 13/04), li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja trid tagħti għall-introduzzjoni tat-televiżjoni diġitali terrestri (DVB-T) fin-North Rhine-Westphalia (ĠU 2008, L 236, p. 10).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Il-Landesanstalt für Medien Nordrhein-Westfalen għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Top