EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0448

Kawża T-448/08: Rikors ippreżentat fid- 29 ta' Settembru 2008 — FIFA vs UASI — Ferrero (WORLD CUP 2006 GERMANY)

ĠU C 313, 6.12.2008, p. 52–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/52


Rikors ippreżentat fid-29 ta' Settembru 2008 — FIFA vs UASI — Ferrero (WORLD CUP 2006 GERMANY)

(Kawża T-448/08)

(2008/C 313/92)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fédération Internationale de Football Association (FIFA) (Zurich, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: D. Alexander QC, A. Barav, Barrister, R. Buchel u C. Rassmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ferrero OHG mbH (Stadtallendorf, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, kompletament jew parzjalment, id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta' Ġunju 2008 fil-Każ R 1470/2005-1; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark verbali “WORLD CUP 2006 GERMANY” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 3, 4, 6, 7, 8, 9, 11, 12, 14, 16, 18, 20, 25, 28, 29, 30, 32, 35, 36, 37, 38, 41 u 42 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2 047 843

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni

Motivi invokati: (i) Ksur tal-Artikoli 73 u 74(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 safejn il-Bord tal-Appell ibbaża d-deċiżjoni tiegħu, prinċipalment, fuq l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, dispożizzjoni li la kienet invokata mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, u li lanqas id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni ma bbażat ruħha fuqha; (ii) Sussidjarjament, ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 minħabba li l-Bord tal-Appell naqas milli jikkunsidra t-trade mark Komunitarja rrreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità fit-totalità tagħha,, mill-perspettiva tal-konsumatur medju u milli japplika l-liġi relevanti dwar l-evalwazzjoni tad-deskrizzjoni tal-prodotti u/jew servizzi li saret applikazzjoni għalihom; u (iii) Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 minħabba li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonstata li t-trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità ma kellhiex il-karattru distintiv neċessarju.


Top