This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008TN0357
Case T-357/08: Action brought on 1 September 2008 — L'Oréal v OHIM — Allergan (BOTOCYL)
Kawża T-357/08: Rikors ippreżentat fl- 1 ta' Settembru 2008 — L'Oréal vs UASI– Allergan (BOTOCYL)
Kawża T-357/08: Rikors ippreżentat fl- 1 ta' Settembru 2008 — L'Oréal vs UASI– Allergan (BOTOCYL)
ĠU C 272, 25.10.2008, p. 44–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 272/44 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta' Settembru 2008 — L'Oréal vs UASI– Allergan (BOTOCYL)
(Kawża T-357/08)
(2008/C 272/87)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: L'Oréal SA (Clichy, Franza) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u J. Pagenberg, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Allergan, Inc. (Irvine, l-Istati Uniti)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-5 ta' Ġunju 2008 fil-każ R 865/2007-1; |
— |
tiċħad l-appell imressaq mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-konvenut meħuda fl-4 ta' April 2007 fil-każ 1120 C; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedimenti, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell; u |
— |
tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċedimenti, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell, jekk issir parti intervenjenti f'din il-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark verbali “BOTOCYL” għal prodotti fil-klassi 3 — Reġistrazzjoni Komunitarja tat-trade mark Nru 2 782 282
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2 015 832 tat-trade mark figurattiva “BOTOX” għal prodotti fil-klassi 5; Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2 575 371 tat-trade mark figurattiva “BOTOX” għal prodotti fil-klassi 5; Reġistrazzjoni Komunitarja Nru 1 923 986 tat-trade mark figurattiva “BOTOX” għal prodotti fil-klassijiet 5 u 16; Reġistrazzjoni Komunitarja Nru 1 999 481 tat-trade mark verbali “BOTOX” għal prodotti fil-klassi 5; diversi reġistrazzjonijiet tat-trade mark “BOTOX” fl-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Ċaħda tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li m'hemmx provi li trade marks preċedenti kellhom reputazzjoni fil-mument relevanti, peress li t-trade marks konfliġġenti m'humiex simili biżżejjed, peress li, barra minn hekk, m'hemm l-ebda prova li l-użu tat-trade mark Komunitarja rreġistrata suġġett tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità jkun detrimentali għall-karattru distintiv u r-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti u m'hemm l-ebda prova li r-rikorrenti aġixxiet mingħajr raġuni valida meta adottat it-trade mark Komunitarja rreġistrata suġġett tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità; ksur tal-Artikolu 73 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li d-deċiżjoni kkontestata ma tagħtix ir-raġunijiet li fuqhom hija bbażata.