EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0328

Kawża T-328/08: Rikors ippreżentat fit- 12 ta' Awwissu 2008 — Mareggiando in Calabria — Servizi Pesca Turismo et vs Il-Kummissjoni

ĠU C 272, 25.10.2008, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/38


Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 — Mareggiando in Calabria — Servizi Pesca Turismo et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-328/08)

(2008/C 272/76)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Mareggiand in Calabria — Servizi Pesca Turismo Soc. Coop. (Vibo Valentia, l-Italja), De Leonardo (Vibo Valentia, l-Italja), Finelli (Vibo Valentia, l-Italja) (rappreżentanti: A. De Matteis, avukat, A. De Francesco, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008 tat-12 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi miżuri ta' emerġenza fir-rigward ta' bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Baħar Mediterran (ĠU L 155, p. 9);

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk li ġew invokati fil-kawża T-313/08, Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore S.n.c. vs Il-Kummissjoni.


Top