Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0117

    Kawża C-117/08: Rikors imressaq fis- 17 ta' Marzu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

    ĠU C 116, 9.5.2008, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.5.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 116/17


    Rikors imressaq fis-17 ta' Marzu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

    (Kawża C-117/08)

    (2008/C 116/30)

    Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Kontou-Durande u L. Pignataro)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

    Talbiet

    tiddikjara li, billi ma adottatx, jew fi kwalunkwe każ billi ma kkomunikatx lill-Kummissjoni, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/62/KE (1) tat-30 ta' Settembru 2005 li timplimenta d-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards u speċifikazzjonijiet Komunitarji fir-rigward ta' sistema ta' kwalità għall-istabbilimenti tad-demm, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond din id-direttiva,

    tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    It-terminu stabbilit għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/62/KE fid-dritt nazzjonali skada fil-31 ta' Awwissu 2006.


    (1)  ĠU L 256, 1.10.2005, p. 41.


    Top