Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0012

    Kawża T-12/08 P: Appell imressaq fl- 4 ta' Jannar 2007 minn M kontra d-digriet mogħti fid- 19 ta' Ottubru 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-23/07, M vs EMEA

    ĠU C 64, 8.3.2008, p. 59–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.3.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 64/59


    Appell imressaq fl-4 ta' Jannar 2007 minn M kontra d-digriet mogħti fid-19 ta' Ottubru 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-23/07, M vs EMEA

    (Kawża T-12/08 P)

    (2008/C 64/95)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Appellant: M (Broxbourne, Ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

    Il-parti l-oħra fil-kawża: L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMEA)

    Talbiet ta' l-appellant

    tannula d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-19 ta' Ottubru 2007, M vs L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini, fil-kawża F-23/07;

    tannulla d-deċiżjoni ta' l-Aġenzija tal-25 ta' Ottubru 2006 safejn tiċħad it-talba tat-8 ta' Awwissu 2006 li tressaq il-każ quddiem il-kumitat ta' l-invalidità;

    tannulla d-deċiżjoni ta' l-Aġenzija li tiċħad it-talba għal kumpens;

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Fl-appell tiegħu, l-appellant jitlob l-annullament tad-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li jiċħad bħala inammissibbli r-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-25 ta' Ottubru 2006 li biha l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini ċaħdet it-talba tiegħu għall-kostituzzjoni ta' kumitat ta' l-invalidità, kif ukoll tad-deċiżjoni tal-31 ta' Jannar 2007 li tiċħad it-talba tiegħu għal kumpens.

    In sostenn ta' l-appell tiegħu, l-appellant jinvoka motiv uniku bbażat fuq in-nuqqas ta' osservanza mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-dritt Komunitarju. Huwa jsostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta' interpretazzjoni tal-portata tar-rikors tiegħu fl-ewwel istanza u, konsegwentement, iddeċieda ultra petita. Huwa jallega wkoll li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, barra minn hekk, kiser l-Artikolu 33(1) u (2) tal-Kundizzjonijiet ta' l-Impieg ta' Impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej.


    Top