Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0005

    Kawża T-5/08: Rikors ippreżentat fl- 4 ta' Jannar 2008 — Nestlé vs L-UASI — Master Beverage Industries (Golden Eagle)

    ĠU C 64, 8.3.2008, p. 55–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.3.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 64/55


    Rikors ippreżentat fl-4 ta' Jannar 2008 — Nestlé vs L-UASI — Master Beverage Industries (Golden Eagle)

    (Kawża T-5/08)

    (2008/C 64/88)

    Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Société des Produits Nestlé SA (Vevey, l-Iżvizzera) (rappreżentant: A. von Mühlendahl, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Master Beverage Industries Pte Ltd (Singapore, Singapore)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell tal-konvenut ta' l-1 ta' Ottubru 2007, Każ R 563/2006-2 (Trade mark Komunitarja Nru 3 157 005);

    tiċħad l-applikazzjoni kkontestata tat-trade mark Komunitarja Nru 3 157 005 RED MUG bil-logo “Golden Eagle” u disinn ta' ajkla;

    tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord ta' l-Appell;

    tordna lil Master Beverage, il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell, tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord ta' l-Appell, f'każ li ssir parti intervenjenti fil-kawża.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: Master Beverage Industries Pte Ltd

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “Golden Eagle” għal prodotti fil-klassi 30 — Applikazzjoni Nru 3 157 005

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

    Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade marks figurattivi Komunitarji, internazzjonali u nazzjonali u t-trade marks verbali “Red Cup”, “Gold Blend” u l-istampi ta' kikkra, inter alia, għal kafé

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: L-oppożizzjoni ġiet kompletament miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: L-appell ġie miċħud

    Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, peress li t-trade marks kunfliġġenti huma simili ħafna mill-aspett viżiv minħabba arranġament identiku ta' disa' elementi, intrinsikament distintivi, preżenti kemm fit-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni kif ukoll fil-maġġoranza tat-trade marks preċedenti.


    Top