EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TJ0247

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-28 ta' Settembru 2010.
C-Content BV vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċeduri ta' sejħiet għal offerti Komunitarji - Servizzi ta' pubblikazzjoni elettronika - Irregolaritajiet u ksur tad-dritt Komunitarju allegatament imwettqa mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet - Termini ta' preskrizzjoni - Rabta kawżali.
Kawża T-247/08.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2010:409





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Settembru 2010 – C‑Content vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-247/08)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċeduri ta’ sejħiet għal offerti Komunitarji – Servizzi ta’ pubblikazzjoni elettronika – Irregolaritajiet u ksur tad-dritt Komunitarju allegatament imwettqa mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet – Termini ta’ preskrizzjoni – Rabta kawżali”

1.                     Rikors għad-danni - Terminu ta’ preskrizzjoni - Bidu tad-dekorrenza - Data li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Mument meta l-kundizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali jiġu sodisfatti (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 46) (ara l-punti 52-55)

2.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 72, 73)

3.                     Kuntratti pubbliċi tal-Komunitajiet Ewropej - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Spejjeż sostnuti minn offerent - Dritt għal kumpens - Assenza - Eċċezzjoni - Ksur tad-dritt Komunitarju (ara l-punti 86, 87)

4.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Dannu - Dannu li jista’ jiġi kkumpensat - Spejjeż sostnuti għall-finijiet tal-proċedura ġudizzjarja (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 88, 89)

5.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Dannu - Dannu li jista’ jiġi kkumpensat - Kunċett - Spejjeż sostnuti quddiem l-Ombudsman Ewropew (Artikolu 195(1) KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE; Statut tal-Ombudsman Ewropew, Artikolu 2(6) u (7)) (ara l-punti 90, 91)

Suġġett

Rikors għal danni intiż għal kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti wara irregolaritajiet u ksur tad-dritt Komunitarju li l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej allegatament ikkommetta fil-kuntest ta’ diversi sejħiet għal offerti fir-rigward ta’ servizzi ta’ pubblikazzjoni elettronika.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondat.

2)

C-Content BV hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top