Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TB0538

    Kawża T-538/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 3 ta’ Marzu 2010 — ZEWE-Zentral vs UASI — KODI Diskontläden (inéa) ( Trade mark Komunitarja — Oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni )

    ĠU C 113, 1.5.2010, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.5.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 113/45


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2010 — ZEWE-Zentral vs UASI — KODI Diskontläden (inéa)

    (Kawża T-538/08) (1)

    (“Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    2010/C 113/73

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: ZEWE-Zentral AG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kinkeldey u A. Bognár, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: R. Manea, aġent)

    Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: KODI Diskontläden GmbH (Oberhausen, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Schmidt, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Ottubru 2008 (Każ R 744/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn KODI Diskontläden GmbH u REWE-Zentral AG.

    Dispożittiv

    (1)

    Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

    (2)

    Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll, kull waħda minnhom, għal nofs l-ispejjeż tal-konvenut.


    (1)  ĠU C 55, 7.3.2009


    Top