Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TB0532

Kawża T-532/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas- 7 ta’ Settembru 2010 — Norilsk Nickel Harjavalta u Umicore vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għal annullament — Ambjent u protezzjoni tas-saħħa umana — Klassifikazzjoni, imballaġġ u tikkettar ta’ ċerti komposti ta’ karbonat tan-nikil bħala sustanzi perikolużi — Direttiva 2008/58/KE — Direttiva 67/548/KEE — Regolament (KE) Nru 790/2009 — Regolament (KE) Nru 1272/2008 — Adattazzjoni tat-talbiet — Applikazzjoni ratione temporis tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà” )

ĠU C 301, 6.11.2010, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/29


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Settembru 2010 — Norilsk Nickel Harjavalta u Umicore vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-532/08) (1)

(Rikors għal annullament - Ambjent u protezzjoni tas-saħħa umana - Klassifikazzjoni, imballaġġ u tikkettar ta’ ċerti komposti ta’ karbonat tan-nikil bħala sustanzi perikolużi - Direttiva 2008/58/KE - Direttiva 67/548/KEE - Regolament (KE) Nru 790/2009 - Regolament (KE) Nru 1272/2008 - Adattazzjoni tat-talbiet - Applikazzjoni ratione temporis tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà)

2010/C 301/49

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Norilsk Nickel Harjavalta Oy (Espoo, il-Finlandja); u Umicore SA/NV (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: K. Nordlander, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u D. Kukovec, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Nickel Institute (Toronto, il-Kanada) (rappreżentanti: K. Nordlander, avukat, D. Anderson, QC, S. Kinsella u H. Pearson, solicitors)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: B. Weis Fogh, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali, minn naħa, tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/58/KE, tal-21 ta’ Awwissu 2008, li temenda, bil-għan li tadatta għall-progress tekniku, għat-30 darba d-Direttiva tal-Kunsill Nru 67/548/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkjettar tas-sustanzi perikolużi (ĠU L 246, p. 1), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 790/2009, tal-10 ta’ Awwissu 2009, li jemenda, għall-finijiet tal-addattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 235, p. 1), sa fejn dawn l-atti jemendaw il-klassifikazzjoni ta’ ċerti komposti tal-karbonat tan-nikil.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Norilsk Nickel Harjavalta Oy u Umicore SA/NV għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Ir-Renju tad-Danimarka u Nickel Institute għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 44, 21.02.2009.


Top