Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0575

    Kawża T-575/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 8 ta’ Settembru 2010 — 4care vs UASI — Laboratorios Diafarm (Acumed) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Acumed — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti AQUAMED ACTIVE — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Xebh tal-prodotti — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)” )

    ĠU C 288, 23.10.2010, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.10.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 288/37


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2010 — 4care vs UASI — Laboratorios Diafarm (Acumed)

    (Kawża T-575/08) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Acumed - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti AQUAMED ACTIVE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Xebh tal-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

    (2010/C 288/70)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: 4care AG (Kiel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Redeker u M. Diesbach, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Laboratorios Diafarm, SA (Barberà del Vallès, Spanja) (rappreżentant: E. Sugrañes Coca, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Ottubru 2008 fil-Każ R 1636/2007-2, dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Laboratorios Diafarm, SA u 4care AG.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    4care AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 55, 07.03.2009.


    Top