Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0474

Kawża T-474/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 21 ta’ Ottubru 2010 — Umbach vs Il-Kummissjoni ( Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti li jikkonċernaw kuntratt konkluż fil-kuntest tal-programm TACIS — Talba għal aċċess relatata mal-kawża bejn ir-rikorrent u l-Kummissjoni quddiem qorti ċivili Belġjana — Rifjut parzjali għal aċċess — Talba għal aċċess ibbażata fuq prinċipji li jirriżultaw mit-Trattat KE — Interess pubbliku superjuri )

ĠU C 328, 4.12.2010, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ottubru 2010 — Umbach vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-474/08) (1)

(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti li jikkonċernaw kuntratt konkluż fil-kuntest tal-programm TACIS - Talba għal aċċess relatata mal-kawża bejn ir-rikorrent u l-Kummissjoni quddiem qorti ċivili Belġjana - Rifjut parzjali għal aċċess - Talba għal aċċess ibbażata fuq prinċipji li jirriżultaw mit-Trattat KE - Interess pubbliku superjuri)

2010/C 328/49

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Dieter C. Umbach (Bangkok, it-Tajlandja) (rappreżentant: M. Stephani, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u T. Scharf, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Settembru 2008, li tirrifjuta l-aċċess tar-rikorrent għal ċerta data inkluża fid-dokumenti relatati ma’ kuntratt intitolat “TACIS Service Contract Nru 98.0414”, dwar l-assistenza għat-tfassil ta’ kodiċi amministrattiv favur il-Federazzjoni tar-Russja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Dieter C. Umbach huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 32, 07.02.2009.


Top