EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0472

Kawża T-472/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 3 ta’ Settembru 2010 — Companhia Muller de Bebidas vs UASI — Missiato Industria e Comercio (61 A NOSSA ALEGRIA) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva 61 A NOSSA ALEGRIA — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti CACHAÇA 51 u t-trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti CACHAÇA 51 u Pirassununga 51 — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh bejn is-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)” )

ĠU C 288, 23.10.2010, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 3 ta’ Settembru 2010 — Companhia Muller de Bebidas vs UASI — Missiato Industria e Comercio (61 A NOSSA ALEGRIA)

(Kawża T-472/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva 61 A NOSSA ALEGRIA - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti CACHAÇA 51 u t-trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti CACHAÇA 51 u Pirassununga 51 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

(2010/C 288/68)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Companhia Muller de Bebidas (rappreżentanti: G. Da Cunha Ferreira u I. Bairrão, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Missiato Industria u Comercio Ltda (Santa Rita Do Passa Quatro, il-Brażil)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Lulju 2008 (Każ R 1687/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Companhia Muller de Bebidas u Missiato Industria u Comercio Ltda.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-4 ta’ Lulju 2008 (Każ R 1687/2007-1) hija annullata.

(2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 6, 10.1.2009.


Top