EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0439

Kawża T-439/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 21 ta’ Ottubru 2010 — Agapiou Joséphidès vs Il-Kummissjoni u EACEA ( Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti dwar l-għoti ta’ Ċentru ta’ Eċċellenza Jean Monnet lill-Università ta’ Ċipru — Dokumenti li joriġinaw minn terz — Rifjut parzjali ta’ aċċess — Rikors għal annullament — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Inammissibbiltà — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni ta’ interessi kummerċjali — Obbligu ta’ motivazzjoni )

ĠU C 328, 4.12.2010, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ottubru 2010 — Agapiou Joséphidès vs Il-Kummissjoni u EACEA

(Kawża T-439/08) (1)

(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti dwar l-għoti ta’ Ċentru ta’ Eċċellenza Jean Monnet lill-Università ta’ Ċipru - Dokumenti li joriġinaw minn terz - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Inammissibbiltà - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni ta’ interessi kummerċjali - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2010/C 328/48

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Kalliope Agapiou Joséphidès (Nikosija, Ċipru) (rappreżentant: C. Joséphidès, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Owsiany-Hornung u G. Rozet, aġenti); u Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) (rappreżentant: H. Monet, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-EACEA, tal-1 ta’ Awwissu 2008, dwar talba għal aċċess għad-dokumenti dwar l-għoti ta’ Ċentru ta’ Eċċellenza Jean Monnet lill-Università ta’ Ċipru u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 3749, tat-8 ta’ Awwissu 2008, dwar deċiżjoni individwali ta’ għoti ta’ sussidju fil-kuntest tal-Programm għall-edukazzjoni u l-formazzjoni tul il-ħajja, sub-programm Jean Monnet.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Kalliope Agapiou Joséphidès hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 237, 20.12.2008.


Top