Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0361

    Kawża T-361/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 21 ta’ April 2010 — Peek & Cloppenburg u van Graaf vs UASI — Queen Sirikit Institute of Sericulture (Thai Silk) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Thai Silk — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti li tirrapreżenta għasfur — Ammissibbiltà tar-rikors — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)” )

    ĠU C 148, 5.6.2010, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.6.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 148/28


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ April 2010 — Peek & Cloppenburg u van Graaf vs UASI — Queen Sirikit Institute of Sericulture (Thai Silk)

    (Kawża T-361/08) (1)

    (“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Thai Silk - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti li tirrapreżenta għasfur - Ammissibbiltà tar-rikors - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)

    2010/C 148/50

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Peek & Cloppenburg (Hamburg, il-Ġermanja); u van Graaf GmbH & Co. KG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: V. von Bomhard, A. Renck, T. Dolde u J. Pause, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

    Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: The Queen Sirikit Institute of Sericulture, Office of the Permanent Secretary, Ministry of Agriculture and Cooperatives, Thailand (it-Tajlandja) (Bangkok, it-Tajlandja), ammessi jissostitwixxu l-Office of the Permanent Secretary, The Prime Minister’s Office, Thailand (it-Tajlandja) (rappreżentant: A. Kockläuner, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Ġunju 2008 (Każ R 1677/2007-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Peek & Cloppenburg u l-Office of the Permanent Secretary, The Prime Minister’s Office, Thailand.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Peek & Cloppenburg kif ukoll van Graaf GmbH & Co. KG huma kkundannati għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 301, 22.11.2008


    Top