EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0187

Kawża T-187/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 20 ta’ April 2010 — Rodd & Gunn Australia vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ kelb) ( “Trade mark Komunitarja — Trade mark Komunitarja figurattiva li tirrapreżenta kelb — Tħassir tat-trade mark meta r-reġistrazzjoni tiskadi — Applikazzjoni għat-tiġdid ta’ trade mark — Talba għal restitutio in integrum — Artikolu 78 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)” )

ĠU C 148, 5.6.2010, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ April 2010 — Rodd & Gunn Australia vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ kelb)

(Kawża T-187/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Trade mark Komunitarja figurattiva li tirrapreżenta kelb - Tħassir tat-trade mark meta r-reġistrazzjoni tiskadi - Applikazzjoni għat-tiġdid ta’ trade mark - Talba għal restitutio in integrum - Artikolu 78 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)

2010/C 148/47

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rodd & Gunn Australia Ltd (Wellington, New Zealand) (rappreżentanti: B. Brandreth, barrister, u N. Jenkins, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: Ó. Mondéjar Ortuño, aġent)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ Marzu 2008 (Każ R 1245/2007-4), dwar talba għal restitutio in integrum.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Rodd & Gunn Australia Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 171, 5.7.2008


Top