Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0135

    Kawża T-135/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 13 ta’ Settembru 2010 — Schniga vs CPVO — Elaris u Brookfield New Zealand (Gala Schnitzer) ( “Varjetajiet ta’ pjanti — Applikazzjoni għal drittijiet Komunitarji fir-rigward tal-varjetà ta’ tuffieħa Gala Schnitzer — Eżami tekniku — Setgħa diskrezzjonali tas-CPVO — Oġġezzjonijiet — Artikolu 55(4) tar-Regolament (KE) Nru 2100/94” )

    ĠU C 301, 6.11.2010, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.11.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 301/26


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — Schniga vs CPVO — Elaris u Brookfield New Zealand (Gala Schnitzer)

    (Kawża T-135/08) (1)

    (Varjetajiet ta’ pjanti - Applikazzjoni għal drittijiet Komunitarji fir-rigward tal-varjetà ta’ tuffieħa Gala Schnitzer - Eżami tekniku - Setgħa diskrezzjonali tas-CPVO - Oġġezzjonijiet - Artikolu 55(4) tar-Regolament (KE) Nru 2100/94)

    2010/C 301/42

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Schniga GmbH (Bolzano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Würtenberger, u R. Kunze, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju ta’ Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) (rappreżentanti: B. Kiewiet u M. Ekvad, aġenti)

    Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tas-CPVO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Elaris SNC (Angers, Franza); Brookfield New Zealand Ltd (Havelock North, New Zealand) (rappreżentant: M. Eller, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tas-CPVO tal-21 ta’ Novembru 2007 (Każijiet A 003/2007 u A 004/2007), li tirrigwarda l-għoti ta’ dritt Komunitarju ta’ varjetajiet ta’ pjanti għall-varjetà ta’ pjanta Gala Schnitzer.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju Komunitarju ta’ Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) tal-21 ta’ Novembru 2007 (Każijiet A 003/2007 u A 004/2007) hija annullata.

    (2)

    Is-CPVO huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti minn Schniga GmbH.

    (3)

    Elaris SNC u Brookfield New Zealand Ltd huma kkundanati għall-ispejjeż tagħhom.


    (1)  ĠU C 142, 7.6.2008.


    Top