Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0082

    Kawża T-82/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 27 ta’ Settembru 2012 — Guardian Industries u Guardian Europe vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-ħġieġ ċatt fiż-ŻEE — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Iffissar tal-prezzijiet — Prova tal-ksur — Kalkolu tal-ammont tal-multi — Esklużjoni ta’ ‘captive sales’ (bejgħ minn fornituri lil konsumaturi li huma fil-proprjetà sħiħa jew parzjali tal-imsemmija fornituri) — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament — Ċirkustanzi attenwanti” )

    ĠU C 355, 17.11.2012, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.11.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 355/19


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Guardian Industries u Guardian Europe vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-82/08) (1)

    (Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-ħġieġ ċatt fiż-ŻEE - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet - Prova tal-ksur - Kalkolu tal-ammont tal-multi - Esklużjoni ta’ ‘captive sales’ (bejgħ minn fornituri lil konsumaturi li huma fil-proprjetà sħiħa jew parzjali tal-imsemmija fornituri) - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Ċirkustanzi attenwanti)

    2012/C 355/39

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Guardian Industries Corp. (Dover, Delaware, l-Istati Uniti); u Guardian Europe Sàrl (Dudelange, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Völcker, F. Louis, A. Vallery, C. Eggers u H.-G. Kamann, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u R. Sauer, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5791 finali, tat-28 ta’ Novembru 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.165 — Ħġieġ ċatt), sa fejn tikkonċerna r-rikorrenti, u t-tnaqqis tal-multa imposta fuqhom permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Guardian Industries Corp. u Guardian Europe Sàrl huma kkundannati għall-ispejjeż. l


    (1)  ĠU C 107, 26.04.2008.


    Top