EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0005

Kawżi magħquda T-5/08 sa T-7/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 25 ta’ Marzu 2010 — Nestlé vs UASI — Master Beverage Industries (Golden Eagle u Golden Eagle Deluxe) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade marks Komunitarji figurattivi Golden Eagle u Golden Eagle Deluxe — Trade marks internazzjonali u nazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw kikkra u kafeni — Raġuni relattiva għal rifjut — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)” )

ĠU C 134, 22.5.2010, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Marzu 2010 — Nestlé vs UASI — Master Beverage Industries (Golden Eagle u Golden Eagle Deluxe)

(Kawżi magħquda T-5/08 sa T-7/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade marks Komunitarji figurattivi Golden Eagle u Golden Eagle Deluxe - Trade marks internazzjonali u nazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw kikkra u kafeni - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)

2010/C 134/51

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Société des produits Nestlé SA (Vevey, l-Isvizzera) (rappreżentant: A. Von Mühlendahl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Pethke, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Master Beverage Industries Pte Ltd (Singapor, Singapor) (rappreżentanti: N. Clarembeaux, D. Vervaet u P. Maeyaert, avukati)

Suġġett

Rikorsi ppreżentati kontra tliet deċiżjonijiet tat-Tieni Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Ottubru 2007 (Każijiet R 563/2006-2, R 568/2006-2 u R 1312/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Société des produits Nestlé SA u Master Beverage Industries Pte Ltd.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-1 ta’ Ottubru 2007 (Każijiet R 563/2006-2, R 568/2006-2 u R 1312/2006-2) għandhom jiġu annullati.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

L-UASI u Master Beverage Industries Pte Ltd għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, l-ispejjeż sostnuti minn Société des produits Nestlé SA.


(1)  ĠU C 64, 08.03.2008.


Top