EUR-Lex Baza aktów prawnych Unii Europejskiej

Powrót na stronę główną portalu EUR-Lex

Ten dokument pochodzi ze strony internetowej EUR-Lex

Dokument 62008FA0030

Kawża F-30/08: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal- 11 ta’ Mejju 2010 — Nanopoulos vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Ammissibbiltà — Att li jikkawża preġudizzju — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kxif ta’ informazzjoni lill-istampa — Prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza — Dannu morali — Deċiżjoni li jinbdew proċeduri dixxiplinari — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Obbligu ta’ assistenza — Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal)

ĠU C 209, 31.7.2010, str. 52—52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/52


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Mejju 2010 — Nanopoulos vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-30/08) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Ammissibbiltà - Att li jikkawża preġudizzju - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kxif ta’ informazzjoni lill-istampa - Prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza - Dannu morali - Deċiżjoni li jinbdew proċeduri dixxiplinari - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ assistenza - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal)

2010/C 209/79

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Fotios Nanopoulos (Itzig, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: V. Christianos, D. Gouloussis u V. Vlassi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Curall u K. Hermann, u sussegwentement J. Curall u K. Hermann, aġenti, assistiti minn E. Bourtzalas u I. Antypas, avukati)

Suġġett tal-kawża

Il-kundanna tal-Kummissjoni sabiex tħallas somma lir-rikorrent bħala kumpens għad-dannu subit minħabba l-ksur tad-drittijiet fundamentali tiegħu li jippreġudika l-unur u r-reputazzjoni tiegħu.

Dispożittiv

(1)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil F. Nanopoulos is-somma ta’ EUR 90 000.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 171, 05.07.2008, p. 50.


Góra