Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CO0183

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-5 ta' Marzu 2009.
    il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Provincia di Imperia.
    Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà ta’ rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Sejħa għal proposti rigward il-finanzjament ta’ azzjonijiet innovattivi taħt il-Fond Soċjali Ewropew - Deċiżjoni ta’ ċaħda - Eżistenza, għar-rikorrenti, ta’ benefiċċju li jirriżulta mill-annullament eventwali tal-att ikkontestat.
    Kawża C-183/08 P.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2009:136





    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Marzu 2009 – Il‑Kummissjoni vs Provincia di Imperia

    (Kawża C‑183/08 P)

    “Appell – Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà ta’ rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Sejħa għal proposti rigward il-finanzjament ta’ azzjonijiet innovattivi taħt il-Fond Soċjali Ewropew – Deċiżjoni ta’ ċaħda – Eżistenza, għar-rikorrenti, ta’ benefiċċju li jirriżulta mill-annullament eventwali tal-att ikkontestat”

    Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-għajnuna tal-Fond Soċjali Ewropew għal azzjoni innovattiva taħt l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 1784/1999 - Eżekuzzjoni tas-sentenza tal-annullament impossibbli - Nuqqas ta’ effett (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1784/1999, Artikolu 6) (ara l-punti 19, 26, 30)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Frar 2008, Provincia di Imperia vs Il‑Kummissjoni (T‑351/05) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ddikjarat ammissibbli (iżda infondat) ir-rikors ippreżentat mir-rikorrenti għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-30 ta’ Ġunju 2005, li tirrifjuta li tikkonċedilha sussidju fil-kuntest ta’ sejħa għal proposti rigward azzjonijiet innovattivi taħt il-Fond Soċjali Ewropew - Ksur tal-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà ta’ rikors għal annullament - Kunċett ta’ interess ġuridiku - Nuqqas, għar-rikorrenti, ta’ benefiċċju li jirriżulta mill-annullament eventwali tal-att ikkontestat

    Dispożittiv

    1)

    L-appell huwa miċħud bħala manifestament infondat.

    2)

    Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

    Top