EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0584

Kawża C-584/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d'appel de Liège (il-Belġju) fid- 29 ta' Diċembru 2008 — Real Madrid Football Club, Zinedine Zidane, David Beckham, Raul Gonzalez Blanco, Ronaldo Luiz Nazario de Lima, Luis Filipe Madeira Caeiro, Futebol Club Do Porto S.A.D., Victor Baia, Ricardo Costa, Diego Ribas Da Cunha, P.S.V. N.V., Imari BV, Juventus Football Club SPA vs Sporting Exchange Ltd, William Hill Credit Limited, Victor Chandler (International) Ltd, BWIN International Ltd (Betandwin), Ladbrokes Betting and Gaming Ltd, Ladbroke Belgium S.A., Internet Opportunity Entertainment Ltd, Global Entertainment Ltd (Unibet)

ĠU C 55, 7.3.2009, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d'appel de Liège (il-Belġju) fid-29 ta' Diċembru 2008 — Real Madrid Football Club, Zinedine Zidane, David Beckham, Raul Gonzalez Blanco, Ronaldo Luiz Nazario de Lima, Luis Filipe Madeira Caeiro, Futebol Club Do Porto S.A.D., Victor Baia, Ricardo Costa, Diego Ribas Da Cunha, P.S.V. N.V., Imari BV, Juventus Football Club SPA vs Sporting Exchange Ltd, William Hill Credit Limited, Victor Chandler (International) Ltd, BWIN International Ltd (Betandwin), Ladbrokes Betting and Gaming Ltd, Ladbroke Belgium S.A., Internet Opportunity Entertainment Ltd, Global Entertainment Ltd (Unibet)

(Kawża C-584/08)

(2009/C 55/29)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d'appel de Liège.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Real Madrid Football Club, Zinedine Zidane, David Beckham, Raul Gonzalez Blanco, Ronaldo Luiz Nazario de Lima, Luis Filipe Madeira Caeiro, Futebol Club Do Porto S.A.D., Victor Baia, Ricardo Costa, Diego Ribas Da Cunha, P.S.V. N.V., Imari BV, Juventus Football Club SPA.

Konvenuti: Sporting Exchange Ltd, William Hill Credit Limited, Victor Chandler (International) Ltd, BWIN International Ltd (Betandwin), Ladbrokes Betting and Gaming Ltd, Ladbroke Belgium S.A., Internet Opportunity Entertainment Ltd, Global Entertainment Ltd (Unibet)

Domandi preliminari

Id-domandi jikkonċernaw l-interpretazzjoni li għandha tingħata, fil-qasam speċifiku tal-internet, lill-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta' Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (1).

Meta, bħal fil-każ ineżami, il-ħsara allegata tkun twettqet minn siti tal-internet u meta

a)

ebda waħda mill-kumpanniji mħarrka li jamministraw dawn is-siti kkontestati ma għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fil-Belġju,

b)

ebda wieħed mis-siti inkwistjoni ma huwa installat fil-Belġju,

c)

ebda waħda mill-partijiet rikorrenti ma għandha r-residenza tagħha fil-Belġju,

d)

is-siti tal-logħob tal-imħatri huma aċċessibbli għall-utenti Belġjani tal-internet li jistgħu jirreġistraw l-imħatri tagħhom bl-istess mod bħalma huma aċċessibbli għall-utenti tal-internet ta' Stati kontraenti oħra peress li dawn huma siti “.com” intiżi sabiex jestendu s-suq tagħhom fl-Ewropa kollha u ma humiex bl-estensjoni “.be” li hija partikolari għall-Belġju,

e)

dawn is-siti huma disponibbli f'diversi lingwi mingħajr ma jinstabu b'mod sistematiku ż-żewġ lingwi l-iktar użati fil-Belġju,

f)

dawn is-siti jipproponu b'mod partikolari logħob tal-imħatri fir-rigward ta' partiti fil-Belġju, bl-istess mod bħalma jipproponu fir-rigward ta' kampjonati esteri,

g)

ma jirriżultax li hemm użu ta' teknoloġija partikolari jew ta' teknika ta' bejgħ dirett intiż għall-pubbliku Belġjan,

h)

in-numru ta' mħatri magħmula mill-pubbliku Belġjan huwa għal kollox marġinali meta mqabbel man-numru totali ta' mħatri rreġistrati permezz ta' dawn is-siti, peress li, skont iċ-ċifri mogħtija mill-kumpanniji tal-logħob tal-imħatri għas-sena 2005, li ma humiex ikkontestati mill-partijiet avversarji, it-total tal-imħatri Belġjani fuq il-partiti tal-futbol jirrapreżentaw inqas minn 0.25 % tal-imħatri rreġistrati fuq is-siti “bwin.com”, “willhill.com”, “betfair.com”, “ladbrokes.com”, “sportingbet” u “miapuesta”, filwaqt li “vcbet.com”, min-naħa tagħha, issostni li għandha biss 40 lagħba Belġjani fir-rigward tal-imħatri kollha rreġistrati,

1.

fuq il-bażi tal-fatt li s-siti tal-internet ikkontestati jindirizzaw fost oħrajn lill-pubbliku Belġjan, il-ħsara allegata għandha tiġi kkunsidrata li twettqet jew li tista' titwettaq fil-Belġju, b'mod li l-qrati Belġjani jkollhom ġurisdizzjoni sabiex jieħdu konjizzjoni ta' kawżi marbuta ma' din il-ħsara?

2.

jew għandu jitqies li huwa biss fil-każ li tiġi kkonstatata rabta suffiċjenti, sostanzjali jew sinjifikattiva tal-fatti dannużi invokati mat-territorju Belġjan li l-ħsara allegata għandha tiġi kkunsidrata li twettqet jew li tista' titwettaq fil-Belġju, b'mod li l-qrati Belġjani jkollhom ġurisdizzjoni sabiex jieħdu konjizzjoni ta' kawżi marbuta ma' din il-ħsara?

3.

f'dan il-każ, liema huma l-kriterji rilevanti li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tal-eżistenza ta' dan il-fattur ta' konnessjoni?


(1)  ĠU 2001, L 12, p. 1.


Top