Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0563

    Kawża C-563/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo de Granada (Spanja) fit- 18 ta' Diċembru 2008 — Carlos Sáez Sánchez u Patricia Rueda Vargas vs Junta de Andalucía u Manuel Jalón Morente et

    ĠU C 69, 21.3.2009, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 69/21


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo de Granada (Spanja) fit-18 ta' Diċembru 2008 — Carlos Sáez Sánchez u Patricia Rueda Vargas vs Junta de Andalucía u Manuel Jalón Morente et

    (Kawża C-563/08)

    (2009/C 69/37)

    Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Juzgado Contencioso-Administrativo de Granada.

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Carlos Sáez Sánchez u Patricia Rueda Vargas

    Konvenuti: Junta de Andalucía u Manuel Jalón Morente et

    Domanda preliminari

    L-Artikoli 2.3 u 2.4 tal-Liġi Statali 16/1997 tal-25 ta' April 1997, li tirregola s-servizzi tal-ispiżeriji, sa fejn jistabbilixxu limiti territorjali u demografiċi għall-ftuħ ta' spiżeriji, jiksru l-Artikolu 43 KE, sa fejn jistabbilixxu sistema tal-limitazzjoni tan-numru ta' spiżeriji sproporzjonat, u kontroproduttiv, fid-dawl tal-għan ta' provvista tajba ta' mediċini tat-territorju inkwistjoni?


    Top