Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0562

    Kawża C-562/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fid- 19 ta' Diċembru 2008 — Müller Fleisch GmbH vs Land Baden-Württemberg

    ĠU C 69, 21.3.2009, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 69/20


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fid-19 ta' Diċembru 2008 — Müller Fleisch GmbH vs Land Baden-Württemberg

    (Kawża C-562/08)

    (2009/C 69/36)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesverwaltungsgericht

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Müller Fleisch GmbH

    Konvenut: Land Baden-Württemberg

    Parti interessata: Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 6(1) flimkien mal-Parti I tal-Kapitolu A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 (1) kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1248/2001 (2) tat-22 ta' Ġunju 2001, għandu jiġi interpretat b'mod li jipprekludi l-estensjoni tal-obbligu ta' test għall-bovini kollha li għandhom iktar minn 24 xahar, kif previst mir-Regolament dwar screening għall-BSE tal-1 ta' Diċembru 2000 (BSE-Untersuchungsverordnung) (BGBl I, p. 1659), emendat bir-Regolament tal-25 ta' Jannar 2001 (BGBl I, p. 164)?


    (1)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, p. 1).

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1248/2001 tat-22 ta' Ġunju 2001 li jemenda l-Annessi III, X u XI tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sorveljanza epidemjoloġika u ttestjar tal-enċifalopatiji sponġiformi trasmissibbli (ĠU L 173, p. 12).


    Top