Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0550

    Kawża C-550/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht München (Il-Ġermanja) fil- 11 ta' Diċembru 2008 — British American Tobacco (Germany) GmbH vs Hauptzollamt Schweinfurt

    ĠU C 69, 21.3.2009, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 69/19


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht München (Il-Ġermanja) fil-11 ta' Diċembru 2008 — British American Tobacco (Germany) GmbH vs Hauptzollamt Schweinfurt

    (Kawża C-550/08)

    (2009/C 69/34)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Finanzgericht München (Il-Ġermanja)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: British American Tobacco (Germany) GmbH

    Konvenut: Hauptzollamt Schweinfurt

    Domandi preliminari

    1)

    L-ewwel inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta' Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta' dan it-tip ta' prodotti (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prodotti mhux tal-Komunità suġġetti għad-dazju tas-sisa u sottomessi għall-proċedura tal-ipproċessar tad-dħul skont l-Artikolu 84(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 (il-Kodiċi Doganali) għandhom jitqiesu li huma suġġetti għal arranġament ta' sospensjoni anki jekk ġew immanifatturati, taħt proċedura tal-ipproċessar tad-dħul, minn prodotti li fil-mument tal-importazzjoni ma kinux suġġetti għad-dazju tas-sisa, b'tali mod li, skont il-ħmistax-il premessa tad-Direttiva 92/12/KEE, mhuwiex neċessarju li, waqt id-dispaċċ tagħhom, jintuża d-dokument mehmuż imsemmi fl-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 92/12/KEE?

    2)

    Fil-każ ta' risposta negattiva għall-ewwel domanda:

    L-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 92/12/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prova li l-konsenjatarju jkun irċieva l-prodotti tista' ssir b'mod differenti minn dak ta' dokument mehmuż imsemmi fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 92/12/KEE?


    (1)  ĠU L 76 p. 1.


    Top