Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0461

Kawża C-461/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda) fit- 23 ta' Ottubru 2008 — Don Bosco Onroerend Goed BV vs Staatssecretaris van Financiën

ĠU C 69, 21.3.2009, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda) fit-23 ta' Ottubru 2008 — Don Bosco Onroerend Goed BV vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-461/08)

(2009/C 69/29)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Don Bosco Onroerend Goed BV.

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 13, B, (g) moqri flimkien mal-Artikolu 4(3)(a) tas-Sitt Direttiva (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li t-trasferiment ta' bini li ġie parzjalment imwaqqa' bil-għan li jiġi ssostitwit b'bini ġdid huwa suġġett għat-taxxa?

2)

Il-kwistjoni dwar jekk huwiex il-bejjiegħ jew ix-xerrej tal-bini li ta l-ordni ta' twaqqiegħ u li jieħu f'idejh l-ispiża ta' dan għandha effett fuq ir-risposta għall-ewwel domanda, fid-dawl tal-kunsiderazzjoni li t-trasferiment huwa suġġett għat-taxxa biss jekk ikun il-bejjiegħ li ta l-ordni ta' twaqqiegħ u li jieħu f'idejh l-ispiża ta' dan?

3)

Il-kwistjoni dwar jekk huwiex il-bejjiegħ jew ix-xerrej tal-bini li żviluppa l-pjanijiet għall-bini l-ġdid għandha effett fuq ir-risposta għall-ewwel domanda, fid-dawl tal-kunsiderazzjoni li t-trasferiment huwa suġġett għat-taxxa biss jekk ikun il-bejjiegħ li żviluppa l-pjanijiet għall-kostruzzjoni l-ġdida?

4)

Fil-każ ta' risposta affermattiva għall-ewwel domanda, huwa suġġett għat-taxxa kull trasferiment li jseħħ eżatt wara li x-xogħolijiet ta' twaqqiegħ effettivament jingħataw bidu jew huwa suġġett għat-taxxa biss it-trasferiment li jseħħ ulterjorment, b'mod partikolari meta t-twaqqiegħ ikun diġà fi stat avvanzat?


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill (77/388/KE) tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1).


Top