Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0392

    Kawża C-392/08: Rikors ippreżentat fid- 9 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

    ĠU C 272, 25.10.2008, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.10.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 272/14


    Rikors ippreżentat fid-9 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

    (Kawża C-392/08)

    (2008/C 272/24)

    Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u A. Sipos, aġenti)

    Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja

    Talbiet tar-rikorrenti

    tikkonstata li, peress li ma żviluppax pjani ta' emerġenza esterna għall-istabbilimenti kollha soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (1) tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-kontroll ta' perikoli ta' aċċidenti kbar fl-użu ta' sustanzi perikolużi, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 11(1)(c) tal-imsemmija Direttiva.

    tikkundanna lir-Renju ta' Spanja għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Skont l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 96/82/KE, l-Artikolu 9 tal-istess Direttiva japplika għal kull stabbiliment fejn is-sustanzi perikolużi jkunu preżenti fi kwantitajiet ugwali għal jew fi kwantitajiet akbar minn dawk imniżżla fl-Anness I, il-Partijiet 1 u 2, il-kolonna 3.

    Skont l-Artikolu 11 ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-istabbilimenti kollha li għalihom japplika l-Artikolu 9, l-awtoritajiet innominati għal dak il-għan mill-Istat Membru ifasslu pjan ta' emerġenza esterna għall-miżuri li għandhom jittieħdu barra l-istabbiliment (paragrafu 1(c)).

    Dan ir-rikors huwa intiż sabiex jiġi kkonstatat li peress li ma żviluppax pjani ta' emerġenza esterna għall-istabbilimenti kollha soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 11(1)(c) tad-Direttiva 96/82.


    (1)  ĠU L 10, p. 13.


    Top