Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0331

    Kawża C-331/08: Rikors ippreżentat fit- 18 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

    ĠU C 272, 25.10.2008, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.10.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 272/9


    Rikors ippreżentat fit-18 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

    (Kawża C-331/08)

    (2008/C 272/13)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: U. Wölker u G. Rozet, aġenti)

    Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

    Talbiet

    tikkonstata li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (1), il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 19 ta' din id-direttiva;

    tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/35/KE skada fit-30 ta' April 2007. Issa, fid-data tal-preżentata ta' dan ir-rikors, il-miżuri ta' traspożizzjoni neċessarji ma kinux għadhom ġew adottati mill-konvenut.


    (1)  ĠU L 143, p. 56.


    Top