Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0304

    Kawża C-304/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid- 9 ta' Lulju 2008 — Zentrale zur Bekämpfung des unlauteren Wettbewerbs e.V. vs Plus Warenhandelsgesellschaft mbH

    ĠU C 247, 27.9.2008, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.9.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 247/6


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-9 ta' Lulju 2008 — Zentrale zur Bekämpfung des unlauteren Wettbewerbs e.V. vs Plus Warenhandelsgesellschaft mbH

    (Kawża C-304/08)

    (2008/C 247/10)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Zentrale zur Bekämpfung des unlauteren Wettbewerbs e.V.

    Konvenuta: Plus Warenhandelsgesellschaft mbH

    Domandi preliminari

    L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2005/29/KE dwar il-prattiċi kummerċjali żleali (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha prattika kummerċjali li tagħhmel il-parteċipazzjoni ta' konsumaturi għal kompetizzjoni jew logħob bi premju suġġetta għax-xiri ta' prodott jew ta' servizz hija bħala prinċipju illeċita, indipendentement minn jekk l-inizjattiva ta' reklamar taffettwax, fil-każ partikolari, l-interessi tal-konsumaturi?


    (1)  ĠU 2005 L 149, p. 22.


    Top