This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CN0208
Case C-208/08 P: Appeal brought on 20 May 2008 by the Office for Harmonisation in the Internal Market (Trade Marks and Designs) against the judgment delivered on 28 February 2008 by the Court of First Instance (Fifth Chamber) in Case T-215/06, American Clothing Associates v OHIM
Kawża C-208/08 P: Appell ippreżentat fl- 20 ta' Mejju 2008 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim' Istanza (Il-Ħames Awla) fit- 28 ta' Frar 2008 fil-kawża T-215/06, American Clothing Associates vs UASI
Kawża C-208/08 P: Appell ippreżentat fl- 20 ta' Mejju 2008 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim' Istanza (Il-Ħames Awla) fit- 28 ta' Frar 2008 fil-kawża T-215/06, American Clothing Associates vs UASI
ĠU C 209, 15.8.2008, p. 22–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 209/22 |
Appell ippreżentat fl-20 ta' Mejju 2008 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim' Istanza (Il-Ħames Awla) fit-28 ta' Frar 2008 fil-kawża T-215/06, American Clothing Associates vs UASI
(Kawża C-208/08 P)
(2008/C 209/32)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellant: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. A. Folliard-Monguiral, aġent)
Appellata: American Clothing Associates SA
Talbiet ta' l-appellant
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim' Istanza tat-28 ta' Frar 2008 fil-kawża T-215/06, fejn iddeċidiet li l-Artikolu 7(10(h) tar-regolament dwar it-trade mark (1) ma japplikax għat-trade marks li jidentifikaw servizzi; |
— |
tikkundanna lill-American Clothing Associates SA għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellant iressaq aggravju wieħed in sostenn ta' l-appell tiegħu, ibbażat fuq ksur ta' l-Artikolu 7(1)(h) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, moqri flimkien ma' l-Artikolu 6 ter tal-Konvenzjoni ta' Pariġi għall-Protezzjoni ta' Proprjetà Industrijali ta' l-20 ta' Marzu 1883 (2). Kuntrarjament għal dak li ġie deċiż mill-Qorti tal-Prim'Istanza, dan l-aħħar artikolu, li jirreferi għall-Artikolu 7(1)(h) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, japplika bl-istess mod għat-trade marks li jidentifikaw prodotti u għat-trade marks li jidentifikaw servizzi.
F'dan ir-rigward, l-appellant jirrileva, l-ewwel nett, li l-Qorti tal-Prim'Istanza għamlet żball ta' liġi meta interpretat l-Artikolu 6 ter tal-Konvenzjoni ta' Pariġi b'mod litterali u barra mill-kuntest tiegħu, mingħajr ma ħadet in kunsiderazzjoni l-ispirtu ta' din id-dispożizzjoni u tal-Konvenzjoni in ġenerali, li, wara r-reviżjoni, li saret bl-Att ta' Liżbona tal-31 ta' Ottubru 1958, jimponi li jiġu estiżi d-dispożizzjonijiet dwar it-trade marks ta' ditti jew ta' negozju jew ta' trade marks fir-rigward ta' servizzi, bl-eċċezzjoni ta' xi dispożizzjonijiet mhux applikabbli għal dan il-każ.
L-appellant isostni li, fit-tieni lok, li l-leġiżlatur Komunitarju stess jikkontesta li għandha ssir distinzjoni bejn trade marks għal prodotti u trade marks għal servizzi peress li l-Artikolu 29 tar-Regolament dwar it-trade mark, li jittrasponi l-Artikolu 4 A tal-Konvenzjoni ta' Pariġi, dwar id-dritt ta' prijorità, isemmi espressament is-servizzi koperti minn applikazzjoni għal trade mark.
Huwa josserva, fit-tielet lok li, kuntrarjament għal dak li ġie deċiż mill-Qorti tal-Prim'Istanza fis-sentenza appellata, l-Artikolu 16 Trattat fuq il-liġi tat-trade marks, adottat f'Ġinevra fis-27 ta' Ottubru 1994, għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkjarifika l-qasam ta' applikazzjoni għal sitwazzjonijiet li din l-aħħar konvenzjoni teskludi fil-verżjoni attwali tagħha.
Fl-aħħar nett, l-appellant isostni li, f'sentenza reċenti, l-istess Qorti tal-Ġustizzja aċċettat, għall-inqas impliċitament, li l-Konvenzjoni ta' Pariġi timponi trattament ugwali bejn it-trade marks ta' prodotti u t-trade marks ta' servizzi.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).
(2) Ġabra tat-Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti, Vol. 828, Nru 11847, p. 108.