Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0204

    Kawża C-204/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid- 19 ta' Mejju 2008 — Peter Rehder vs Air Baltic Corporation

    ĠU C 197, 2.8.2008, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.8.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 197/11


    Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-19 ta' Mejju 2008 — Peter Rehder vs Air Baltic Corporation

    (Kawża C-204/08)

    (2008/C 197/18)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Peter Rehder

    Konvenuta: Air Baltic Corporation

    Domandi preliminari

    1)

    It-tieni inċiż ta' l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta' Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li hemm lok, anki fil-każ ta' vjaġġi bl-ajru minn Stat Membru tal-Komunità għal Stat Membru ieħor tal-Komunità, li jiġi kkunsidrat li jeżiti post ta' eżekuzzjoni wieħed għas-servizzi kollha li jirriżultaw mill-kuntratt u li dan jinstab fil-post tas-servizz prinċipali li għandu jiġi ddeterminat skond kriterji ekonomiċi?

    2)

    Jekk għandu jiġi ddeterminat post ta' eżekuzzjoni wieħed: liema huma l-kriterji rilevanti għal tali determinazzjoni; il-post ta' eżekuzzjoni wieħed għandu jiġi evalwat, b'mod partikolari, skond il-post tat-tluq jew il-post tal-wasla ta' l-ajruplan?


    (1)  ĠU 2001 L 12, p. 1.


    Top