Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0064

    Kawża C-64/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mil-Landesgericht Linz (l-Awstrija) fid- 19 ta' Frar 2008 — Proċeduri kriminali kontra Ernst Engelmann

    ĠU C 116, 9.5.2008, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.5.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 116/9


    Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mil-Landesgericht Linz (l-Awstrija) fid-19 ta' Frar 2008 — Proċeduri kriminali kontra Ernst Engelmann

    (Kawża C-64/08)

    (2008/C 116/15)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landesgericht Linz

    Parti fil-kawża prinċipali

    Ernst Engelmann

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 43 tat-Trattat (li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fil-verżjoni tiegħu tat-2 ta' Ottubru 1997; kif emendat għall-aħħar darba bl-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea fil-25 ta' April 2005, ĠU KE L 157, p. 11) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni legali ta' Stat Membru li tirriżerva l-użu tal-logħob ta' l-ażżard fil-ħwienet tal-logħob esklużivament għall-kumpanniji stabbiliti bħala kumpanniji b'responsabbiltà limitata li għandhom l-uffiċju rreġistrat tagħhom fit-territorju ta' dan l-Istat Membru u li għalhekk timponi l-istabbiliment jew l-akkwist ta' tali kumpannija f'dan l-Istat Membru?

    2)

    L-Artikoli 43 u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprojbixxu kull monopolju nazzjonali ta' certu logħob ta' l-ażżard, bħal imħatri fil-ħwienet tal-logħob, fejn l-Istat Membru kkonċernat ma jkollux politika koerenti u sistematika sabiex jillimita l-logħob ta' l-ażżard minħabba li l-organizzaturi li jkunu ngħataw liċenzja mill-Istat jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni f'logħob ta' l-ażżard — bħall-imħatri fuq l-isport u lotteriji nazzjonali — u jirriklamaw f'dan is-sens fuq it-televiżjoni, fil-gazzetti u fir-rivisti, riklam li jħabbar li hemm somma flus kontanti x'tintrebaħ ma' biljett ftit qabel it-tlugħ tal-lottu (“TOI TOI TOI — Glaub' ans Glück”)?

    3)

    L-Artikoli 43 u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi li kull permess ta' użu ta' logħob ta' l-ażżard u ta' ħwienet tal-logħob previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fuq il-logħob ta' l-ażżard jingħata għal perijodu ta' 15-il sena fuq il-bażi ta' regolament li jeskludi mis-sejħa għall-offerti l-kandidati taż-żona Komunitarja (li m'għandhomx in-nazzjonalità ta' dan l-Istat Membru)?


    Top