EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CB0421

Kawża C-421/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat- 23 ta’ Settembru 2009 — Calebus, SA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Renju ta’ Spanja (Appell — Protezzjoni tal-habitat naturali — Lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Mediterranju — Deċiżjoni tal-Kummissjoni — Rikors għal annullament ippreżentat minn persuni fiżiċi u ġuridiċi — Ammissibbiltà — Appell manifestament infondat)

ĠU C 11, 16.1.2010, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/9


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Settembru 2009 — Calebus, SA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-421/08 P) (1)

(Appell - Protezzjoni tal-habitat naturali - Lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Mediterranju - Deċiżjoni tal-Kummissjoni - Rikors għal annullament ippreżentat minn persuni fiżiċi u ġuridiċi - Ammissibbiltà - Appell manifestament infondat)

2010/C 11/15

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Calebus, SA (rappreżentant: R. Bocanegra Sierra, avukat)

Appellati: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Recchis u A. Alcover San Pedro, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat mid-Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla), tal-14 ta’ Lulju 2008, Calebus vs Il-Kummissjoni (T-366/06), li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli t-talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/613/KE, tad-19 ta’ Lulju 2006, li tistabbilixxi, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, il-lista tas-siti ta’ importanza għall-Komunità għar-reġjun bijoġeografiku Mediterranju (ĠU L 259, p. 1), sa fejn hija tinnomina s-sit imsejjaħ “Ramblas de Gergal, Tabernas y Sur de Sierra Alhamilla” li fuqu tinsab art tal-appellanti, bħala sit ta’ importanza għall-Komunità għar-reġjun bijoġeografiku Mediterranju

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud

(2)

Calebus SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 55, 7.03.2009


Top