Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0522

    Kawża C-522/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 11 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari min-Naczelny Sąd Administracyjny — ir-Repubblika tal-Polonja) — Telekomunikacja Polska S.A. w. Warszawie vs Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej (Komunikazzjonijiet elettroniċi — Servizzi ta’ telekomunikazzjoni — Direttiva 2002/21/KE — Direttiva 202/22/KE — Kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi suġġett għall-konklużjoni ta’ kuntratt dwar il-provvista ta’ servizzi oħra — Projbizzjoni — Internet broadband)

    ĠU C 113, 1.5.2010, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.5.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 113/12


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari min-Naczelny Sąd Administracyjny — ir-Repubblika tal-Polonja) — Telekomunikacja Polska S.A. w. Warszawie vs Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej

    (Kawża C-522/08) (1)

    (Komunikazzjonijiet elettroniċi - Servizzi ta’ telekomunikazzjoni - Direttiva 2002/21/KE - Direttiva 202/22/KE - Kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi suġġett għall-konklużjoni ta’ kuntratt dwar il-provvista ta’ servizzi oħra - Projbizzjoni - Internet broadband)

    2010/C 113/16

    Lingwa tal-kawża: il-Polakk

    Qorti tar-rinviju

    Naczelny Sąd Administracyjny

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Telekomunikacja Polska S.A. w. Warszawie

    Konvenut: Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Naczelny Sad Administracyjny — Interpretazzjoni tal-Artikolu 95 tat-Trattat KE, kif ukoll tal-premessa 13 u tal-Artikoli 5 u 8 tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 13, Vol. 29, p. 323), tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337), tal-premessi 1 u 28, tal-Artikolu 1(3), u tal-Artikoli 3, 7, 8, 14, 15, 16 u 19 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349), u tal-premessa 26 u tal-Artikoli 16 u 17 tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367, iktar ’il quddiem id-“Direttiva Servizz Universali”) — Kuntratt ta’ aċċess għall-Internet suġġett għall-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ telefon

    Dispożittiv

    Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru), u d-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali), għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 57(1)(1) tal-Liġi dwar it-Telekomunikazzjonijiet, (ustawa — Prawo telekomunikacyjne), tas-16 ta’ Lulju 2004, fil verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali, li tipprojbixxi li l-kuntratt għall-provvista ta’ servizzi jkun suġġett għall-konklużjoni mill-utent finali ta’ kuntratt dwar il-provvista ta’ servizzi oħrajn.

    Madankollu, id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin negozju mal-konsumatur fis-suq intern, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, ħlief għal ċerti eċċezzjonijiet u mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjonijiet ċirkustanzi speċifiċi tal-każ, tipprojbixxi kwalunkwe offerta konġunta magħmula minn bejjiegħ lil konsumatur.


    (1)  ĠU C 69, 21.03.2009


    Top