Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0512

Kawża C-512/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal- 5 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 49 KE — Sigurtà soċjali — Trattamenti mediċi li jingħataw fi Stat Membru ieħor u li jeħtieġu r-rikors għal tagħmir mediku ta’ importanza ewlenija — Bżonn ta’ awtorizzazzjoni minn qabel — Trattamenti pprogrammati mogħtija fi Stat Membru ieħor — Differenza bejn il-livelli ta’ kopertura fis-seħħ, rispettivament fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni u fl-Istat Membru ospitanti — Dritt tal-persuna assigurata għal intervent tal-istituzzjoni kompetenti kumplementatri għal dik tal-istituzzjoni tal-Istat Membru ospitanti)

ĠU C 328, 4.12.2010, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-512/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 49 KE - Sigurtà soċjali - Trattamenti mediċi li jingħataw fi Stat Membru ieħor u li jeħtieġu r-rikors għal tagħmir mediku ta’ importanza ewlenija - Bżonn ta’ awtorizzazzjoni minn qabel - Trattamenti pprogrammati mogħtija fi Stat Membru ieħor - Differenza bejn il-livelli ta’ kopertura fis-seħħ, rispettivament fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni u fl-Istat Membru ospitanti - Dritt tal-persuna assigurata għal intervent tal-istituzzjoni kompetenti kumplementatri għal dik tal-istituzzjoni tal-Istat Membru ospitanti)

2010/C 328/04

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Yerrell, G. Rozet u E. Traversa, aġenti

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: A. Czubinski u G. de Bergues, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-parti l-oħra fil-kawża: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: J.M. Rodríguez Cárcamo, aġent), ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: A. Guimaraes-Purokoski, aġent), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: I. Rao, S. Ossowski, aġenti u M.-E. Demetriou, Barrister)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 49 KE — Ħtieġa ta’ awtorizzazzjoni bil-quddiem tal-awtoritajiet tal-Istat ta’ affiljazzjoni sabiex jinkiseb ir-rimbors ta’ ċerta kura li ma tingħatax fi sptarijiet irċevuta fi Stat Membru ieħor — Nuqqas ta’ rimbors tad-differenza bejn l-ammont irċevut mill-persuna assigurata li tkun irċeviet kura fi sptar fi Stat Membru ieħor li mhuwiex l-Istat ta’ affiljazzjoni u l-ammont li kienu ikollha dritt għalih li kieku l-istess kura kienet ingħatat fl-Istat ta’ affiljazzjoni — Ostakoli mhux iġġustifikati għall-moviment liberu tas-servizzi.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall ispejjeż.

(3)

Ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, li intervenew f’din il-kawża, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 44, 21.02.2009.


Top