Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0495

    Kawża C-495/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat- 12 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 85/337/KEE — Stima tal-impatt ambjentali ta’ proġetti — Obbligu li deċiżjoni sabiex proġett ma jiġix suġġett għal stima tkun motivata)

    ĠU C 11, 16.1.2010, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.1.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 11/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

    (Kawża C-495/08) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 85/337/KEE - Stima tal-impatt ambjentali ta’ proġetti - Obbligu li deċiżjoni sabiex proġett ma jiġix suġġett għal stima tkun motivata)

    2010/C 11/07

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Oliver u J.-B. Laignelot, aġenti)

    Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: L. Seeboruth u H. Walker, aġenti, J. Maurici, barrister)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, p. 40) — Obbligu li deċiżjoni sabiex proġett ma jiġix suġġett għal stima tkun motivata

    Dispożittiv

    (1)

    Billi ma ssottomettiex l-applikazzjonijiet għar-Review of Mineral Planning ippreżentati f’Wales qabel il-15 ta’ Novembru 2000 għar-rekwiżiti tal-Artikoli 2(1) u 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-3 ta’ Marzu 1997, ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

    (2)

    Ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 32, 07.02.2009.


    Top