EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0485

Kawża C-485/08 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 15 ta’ April 2010 — Claudia Gualtieri vs Il-Kummissjoni Ewropea ( “Appell — Espert nazzjonali sekondat — Allowance ta’ residenza ta’ kuljum — Prinċipju ta’ trattament ugwali” )

ĠU C 148, 5.6.2010, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ April 2010 — Claudia Gualtieri vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-485/08 P) (1)

(“Appell - Espert nazzjonali sekondat - Allowance ta’ residenza ta’ kuljum - Prinċipju ta’ trattament ugwali”)

2010/C 148/08

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Claudia Gualtieri (rappreżentanti: P. Gualtieri u M. Gualtieri, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. Currall, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li mill-1 ta’ Diċembru 2009 saret il-Qorti Ġenerali) (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2008, Gualtieri vs Il-Kummissjoni (T-284/06), li biha l-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli t-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Jannar 2006, li tiċħad it-talba tar-rikorrenti sabiex taġġusta, wara d-divorzju tagħha, l-ammont ta’ allowances dovuti skont l-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2002) 1559, tat-30 ta’ April 2002, dwar ir-regoli applikabbli għall-esperti nazzjonali sekondati, kif emendati.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

C. Gualtieri hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 32, 07.02.2009


Top