Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0414

    Kawża C-414/08 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 25 ta’ Marzu 2010 — Sviluppo Italia Basilicata SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea ( “Appell — Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja — Sussidju ġenerali għall-implementazzjoni ta’ miżuri ta’ sostenn favur l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju — Data limitu għall-implementazzjoni tal-investimenti — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni” )

    ĠU C 134, 22.5.2010, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.5.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 134/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Marzu 2010 — Sviluppo Italia Basilicata SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-414/08 P) (1)

    (“Appell - Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) - Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja - Sussidju ġenerali għall-implementazzjoni ta’ miżuri ta’ sostenn favur l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju - Data limitu għall-implementazzjoni tal-investimenti - Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni”)

    2010/C 134/07

    Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

    Partijiet

    Appellanti: Sviluppo Italia basilicata SpA (rappreżentanti: F. Sciaudone, R. Sciaudone u A. Neri, avukati)

    Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, aġent, A. dal Ferro, avukat)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla), tat-8 ta’ Lulju 2008, Sviluppo Italia Basilicata vs Il-Kummissjoni (T-176/06), li permezz tagħha l-imsemmija qorti ċaħdet, minn naħa, it-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 1706, tal-20 ta’ April 2006, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali mogħtija għas-sussidji globali għall-implementazzjoni ta’ miżuri ta’ sostenn favur impriżi żgħar u medji li joperaw fir-Reġjun ta’ Basilicata fl-Italja, fil-kuntest tal-qafas ta’ appoġġ Komunitarju għall-għajnuna strutturali fir-reġjuni tal-Italja skont l-Oġġettiv Nru 1, u min-naħa l-oħra, it-talba għal kumpens għad-danni li allegatament ġew ikkawżati minn din id-deċiżjoni.

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miċħud.

    (2)

    Sviluppo Italia Basilicata SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 301, 22.11.2008.


    Top