EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0227

Kawża C-227/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas- 17 ta’ Diċembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audencia Provincial de Salamanca — Spanja) — Eva Martín Martín vs EDP Editores SL (Direttiva 85/577/KEE — Artikolu 4 — Protezzjoni tal-konsumatur — Kuntratti nnegozjati barra mil-lok tan-negozju — Tħassir tal-kuntratt — Obbligu tan-negozjant li jipprovdi informazzjoni dwar dan id-dritt — Nullità tal-kuntratt — Miżuri xierqa)

ĠU C 51, 27.2.2010, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audencia Provincial de Salamanca — Spanja) — Eva Martín Martín vs EDP Editores SL

(Kawża C-227/08) (1)

(Direttiva 85/577/KEE - Artikolu 4 - Protezzjoni tal-konsumatur - Kuntratti nnegozjati barra mil-lok tan-negozju - Tħassir tal-kuntratt - Obbligu tan-negozjant li jipprovdi informazzjoni dwar dan id-dritt - Nullità tal-kuntratt - Miżuri xierqa)

2010/C 51/10

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audencia Provincial de Salamanca

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eva Martín Martín

Konvenuta: EDP Editores SL

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Audiencia Provincial de Salamanca — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE, tal-20 ta’ Diċembru 1985, biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mill-lok tan-negozju (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 15, Vol. 1, p 262) — Artikoli 3 KE, 95 KE u 153 KE — Artikolu 38 tal-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali — Dritt ta’ rinunzja — Obbligu tan-negozjant li jipprovdi ċerta informazzjoni — Miżuri ta’ protezzjoni tal-konsumatur f’każ ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Nullità tal-kuntratt u ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali

Dispożittiv

L-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/557/KEE, tal-20 ta’ Diċembru 1985, biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mill-lok tan-negozju, ma jipprekludix li qorti nazzjonali tiddikjara ex officio n-nullità ta’ kuntratt li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva abbażi tal-fatt li l-konsumatur ma jkunx ġie informat bid-dritt ta’ tħassir tiegħu, minkejja li din in-nullità fl-ebda mument ma ġiet invokata mill-konsumatur quddiem il-qrati nazzjonali kompetenti.


(1)  ĠU C 223 30.08.2008


Top